Il-Parlament jiddiskuti l-isfidi għall-‘housing’ – One News

Notifiki

Il-Parlament jiddiskuti l-isfidi għall-‘housing’

Il-Ministru għall-familja, drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali, Michael Falzon qal fil-Parlament li it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqoien ta’ impjieġi ġodda wassal għal tħabbir tad-domanda għal housing minn Maltin u barranin li jħadmu f’Malta.

Falzon qal li Malta għamlet 50 sena taħt liġi tal-kera, meqjusa aktar bħala liġi ta’ emerġenza fis-snin 40 wara l-gwerra dinjija. Flimkien mal-liġi tal-income tax, din kienet waħda minn żewg monumenti soċjali.

Fl-1994, imbagħad inqata r-regime ta’ protezzjoni assoluta u l-kirjiet ġodda bdew jiġu rregolati bil-kuntratt bejn il-partijiet. Din serviet għal xi 10 snin u llum, fid-dawl tal-iżvilupp kbir li sar hemm sfidi ġodda bħall-prezz tal-krijiet, u prezzijiet tal-proprjeta’. Inħolqot domanda għall-housing socjali u affordabbi.

Il-Gvern ħadem biex il-problem tiġi attakka fuq żewġ binarji – soluzzjonijiet immedjati u oħrajn fit-tul. Saru skemi biex in-nies jixtru djarhom u ttieħdu diversi miżuri fil-budget billi nieda inizjattivi li jaħsbu fit-tul u fl-iqsar żmien.

Il-Ministru Falzon qal li bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ profiling tal-applikanti fuq il-lista ta’ stennija biex jidentifikaw każijiet li jixirqilhom jingħataw prijorità. “Importanti li nkunu nafu r-realitajiet u niffiaċċjawhom. Sar tibdil soċjali fil-pajjiż, tibdil mgħaġġel u fil-fond li aktar se joħloq sfidi ġodda, mhux l-inqas, fil-qasam tal-housing.”

F’Diċembru il-gvern għadda 16-il sit lil Malita biex jinbnew 700 unit b’investiment ta’ 85 miljun ewro – proġett li se jieħu relattivament it-tul.

Qed tingħata għajnuna fil-kiri. Il-gvern irdoppja s-sussidju, introduċa skema ta’ “nikru biex nassistu” biex min għandu proprjetà li lesti jikruhom lill-Awtorita tad-Djar u hi tikrihom bi prezzijiet socjali Il-gvern introduċa programm ta’ rigenerazzjoni fl-oqsma tad-djar u dalwaqt se jibda l-istallazzjoni ta’ liftijiet fi proprjetà tal-awtorità.

Il-Ministru Falzon fakkar fil-White Paper dwar il-housing u qal li “rridu nkunu kuraġġjujżi li t-tibdiliet nagħmluhom flimkien u mhux nirrendu l-problema f’ ballun politiku.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend