Sewwieq ta' mutur jindarab gravi wara ħabta f'Birżebbuġa | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara ħabta f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena minn Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tas-18:15 fi Triq San Filippu f’Birżebbuġa.

Stħarriġ preliminari wera li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Piaggo Dna misjuq minn raġel ta’ 42 sena minn Marsaskala u karozza tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn anzjan ta’ 64 sena minn Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend