Anzjan Ħamruniż jgħodda b’ waħda wara li kien involut f’ ħabta frontali bejn karozza u trakk tal-merkanzija limiti tax-Xatt tal-Għassara tal-Għeneb, fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn Daihatsu HiJet misjuqa minn Ħamruniż ta’ 70 sena, u trakk li kien qed iġorr il-merkanzija.
Minkejja l-isfortuna tal-inċident, l-anzjan jista jqis ruħu xxurtjat li mal-ħin tal-impatt, inzerta li fuq il-post kien hemm żewġt Pulizija li taw l-ewwel għajnuna lill anzjan ferut u kkontrollaw is-sitwazzjoni sakemm wasal tim mediku mill-isptar Mater Dei.
PC 1572 Eman Cilia u PC520 Carl Lapira kienu għaddejin bil-qadi ta’ dmirijiethom ix-xatt tal-Furjana meta semaw ħoss kbir. Dawn mil-ewwel marru fuq il-post biex jaraw x’kien ġara u sabu quddiemhom l-anzjan li kien jidher li kellhu partijiet minn ġismu maqbuda taħt it-tifrik tal-karozza tiegħu stess. Mingħajr ma ħasbuha darbtejn, iż-żewġt kuntistabbli, taw l-ewwel għajnuna lil individwu billi daħlu minn wara tal-vann, qalgħu il-bieba u l-windscreen barra u rrilaxxaw saqajn l-anzjan minn taħt id-dashboard tal-vettura.
Xhieda fuq il-post qalu ma’ ONE News li l-att erojku ta’ dawn iż-żewġt Pulizija kien strumentali għal saħħet l-anzajn u ffaċilità x-xogħol tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tat-tim mediku ta’ Mater Dei li kienu fuq il-post.
Minkejja li x-xufier tat-trakk, deher viżibilment tajjeb, il-Pulizija fuq il-post irrakomadawlu li jżur Ċentru tas-Saħħa minħabba li setà kien qed isofri minn xokk.
Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix mgħarufa.