Raġel ta’ nazzjonalita’ barranija ddaħħal l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni seħħ argument bejn numru ta’ persuni qrib it-Tiger Bar fil-Marsa bil-konsegwenza li wieħed minnhom indarab.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.