Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu vettura nħakmet minn nirien f’Bormla.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ dalgħodu f’Misraħ in-Nattivita f’Bormla meta għal xi raġuni vettura tat-tip BMW inħakmet minn nirien. Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.