Il-Belt Valletta ġiet inkurunata uffiċjalment bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018. It-titlu ngħata waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
Dan huwa jum li fih qed tiġi ċċelebrata l-akbar festa kulturali li qatt ra pajjiżna. Festa li għaliha se jattendu eluf ta’ persuni sabiex għall-ftuħ ta’ din iċ-ċelebrazzjoni jgawdu minn spettaklu mil-isbaħ li fosthom qed jittella’ f’Erba’ Pjazez prinċipali – dik ta’ Tritoni, Pjazza Kastilja, San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral u Pjazza San Ġorġ.
Il-Belt Valletta tinsab maħnuqa b’eluf ta’ persuni li għażlu li jgawdu dan il-jum fil-belt kapitali tagħna.