Mill-16:00 ‘il quddiem ONE se jxandar xandira speċjali b’rabta mal-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.
Il-ġurnalist Edward Montebello flimkien mal-mistiedna tiegħu se jkunu qed jikkumentaw fuq l-istorja u l-iżviluppi kollha li għaddiet minnhom il-Belt Valletta filwaqt li jikkumentaw fuq dak li se jkun qed jiġri l-Belt. F’din ix-xandira li se jkun hemm kollegamenti kontinwi mill-Belt se nsegwu wkoll id-diskorsi tal-ogħla awtoritajiet, fosthom tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ minn Dar il-Mediterran.
Il-programm se jxandar ukoll l-ispettaklu li se jitella’ fil-Belt fosthom fi Pjazza Tritoni.
Sadanittant il-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet se jixxandar fit-8pm.