Raġel qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li nqabad jipprova jisraq minn ħanut f’Tas Sliema.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fil-kumpless ta’ The Point Shopping Mall f’Tigne.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.