Żewġ irġiel ġew immultati eluf ta’ ewro wara li nstabu ħatja li naqsu milli jagħtu l-kura lil żiemel li sofra diversi ħruq madwar ġismu u li ħallew numru kbar ta’ annimali fi stat ħażin ħafna.
Dan l-iskoperta saret wara spezzjoni li d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-annimali għamlu fis-sena elfejn u erbatax. Dakinhar l-uffiċċjali tad-Dipartiment sabu ħames żwiemel, tliet ti klieb u madwar għaxar tiġiġiet f’kundizzjonijiet diżastrużi. Kien hawn fejn intalbet l-assistenza tal-Pulizija sabiex setgħu jinġabru l-annimali mill-post.
Xhieda fuq il-post qalu li fost l-annimali feruti kien hemm żiemel li qatta’ ġranet sħaħ b’feriti serji ta’ ħruq f’partijiet diversi minn ġismu. Fost il-klieb li nstabu kien hemm wieħed li minħabba l-istat ħażin li kien jinsab fih qas kellu saħħa joqgħod fuq saqajh.
Sid ir-razzett Stephen Garzia qal li l-annimali kolha misjuba kienu tiegħu apparti ż-żiemel li kellu feriti ta’ ħruq fejn qal li dan kien ta’ Matthew Vella. Dwar il-ħruq taż-żiemel Vella baqa’ jsostni l-feriti kienu kawża ta’ xkanatura waqt tellieqa l-ġimgħa ta’ qabel madankollu l-veterinarju li eżaminat iż-żiemel baqgħet issostni li l-feriti kineu ekwivalenti għall-ħruq li kien sar madwar ġimgħa qabel is-sejba.
Kien għalekk li l-Qorti ppreseduta mill-Mġistrat Doreen Clarke sabet liż-żewġ irġiel ħatja ta’ maltrattament tal-annimali talli poġġewhom f’ambjent maħmuġ u perikoluż.
Garzia kien immultat €3000 flwaqt li Vella ġie mmultat €1,500. Il-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Christabelle Chetcuti.