60 student tal-MCAST irreġistraw lilhom nfushom biex isiru donaturi tal-organi.
Dan sar permezz ta’ inizjattiva tal-Kunsill tal-Studenti tal-MCAST li ta’ kull sena jorganizzaw kampanji ta’ kuxjenza bħal ġranet dedikati għad-donazzjonijiet tad-demm u oħrajn dwar persuni b’ diżabilita fost oħrajn. Hu mifhum li permezz ta’ dawn id-donaturi, jistgħu igawdu 480 persuna hekk kif kull donatur jistà jkun ta’ kontribut għal 8 persuni differenti li qed jistennew donazzjoni ta’ organu.
Ir-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjonijiet tal-Organi jfakkar li kull min kien donatur qabel l-2016 għandu jirrikonferma x-xewqa tiegħu li jibqa donatur minħabba tiġdid li kien hemm fil-qafas legali li jirregolarizza ir-reġistru legali.