Tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Birgu u li qed tistenna tarbija, inżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata b’attentat ta’ qtil ta’ seba’ persuni fosthom żewġt minorenni wara li saqet il-vettura għal fuqhom waqt ġlieda li seħħet fil-Ħamrun nhar is-7 ta’ Jannar ta’ din is-sena.
F’ skiet taqtgħu b’sikkina, bl-imputata L-ispettur Elliot Magro xehed fil-qorti li Natasha Buġeja li bħalissa għandha 3 xhur tqala, saqet il-karozza tagħha għall-fuq in-nies u għall fuq il-karozzi tagħhom bil-kawża li kkawżat ġrieħi fuq diversi persuni fosthom tarbija ta’ ftit xhur u tifla ta’ 7 snin. Il-Prosekuzzjoni għamlet referenza għall-fatt li minħabba l-ġlied u l-paniku li qajjmet din il-ġlieda, kellhom jissejħu diversi Pulizija tad-distrett u tar-Rapid Intervenion Unit sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.Kameras tas-sigurta ta’ diversi ħwienet fuq il-post jixhdu li l-imputata l-ewwel saqet fuq s-seba’ membri tal-familja Pace meta dawn kienu fit-triq u wara li rathom jirkbu fil-karozza saqet għal fuqhom. Fix-xhieda tiegħu, il-prosekutur spjega li Natasha abbandunat il-karozza fi Triq il-Korsa, l-Marsa u reġgħet marret lura fuq il-post bil-mixi.
L-ispettur kompla jispjega li ftit wara li ordna l-arrest ta’ Buġeja u tniżżlet il-lock-up tal-Pulizija, din kellha kumplikazzjonijiet mediċi minħabba t-tqala u ttieħdet mmedjatament l-isptar Mater Dei fejn baqgħet rikoverata sa nhar il-Ħamis li għadda.
Id-difiża magħmula mill- Avukati Dr.Franco Debono u Dr.Arthur Azzopardi, talbu għall-ħelsien mill-arrest wara li spjegaw l-qorti għandha tikkunsidra l-qagħda li qiegħda fiha l-imputata u li tieħu ħsieb persuna marida bil-kanċer fid-dar tagħha fejn il-Maġistrat Joe Mifsud, argumenta li dan il-fattur għandu jpoġġi aktar responsabbilta fuq l-imputata għaliex kien imissa evalwat il-konsegwenzi.
Minn hemm il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u appellat lid-Direttur tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex l-imputata tingħata attenzjoni medika speċjali.
Fit-tmien ta’ smiegħ tal-kawża, l-Maġistrat Joe Mifsud wissa lill Natasha li li l-fatt li hemm persuna marida bil-kanċer fil-familja, u l-fatt li qed tistenna tarbija aktar kellha tevita dawn is-sitwazzjonijiet u tgħix ħajja denja u responsabbli.
Hekk kif ingħatat is-sentenza, l-imputata dehret fil-kurituri tal-qorti emozzjonata titkellem u tgħannaq il-familjari qabel tirritorna lura l-ħabs.
Fil-jiem li ġejjin, il-Pulizija mistennja tressaq diversi persuni oħra rigward dan il-każ.