Il-Korea t'Isfel b'diskussjonijiet mal-Korea ta' Fuq dwar il-programm ta' armi nukleari | One News

Notifiki

Il-Korea t’Isfel b’diskussjonijiet mal-Korea ta’ Fuq dwar il-programm ta’ armi nukleari

Il-Korea t’Isfel qalet li se tkompli bid-diskussjonijiet mal-Korea ta’ Fuq fost twissijiet globali li Pyongyang tista’ tkun qed tiġġieled għall-ħin biex tkompli l-programm ta’ armi nukleari. Il-ministru għall-affarijiet barranin tal-Korea t’Isfel Kang Kyung qal li jridu jagħmlu mill-aħjar minn din l-opportunità.

Aktar kmieni, ż-żewġ partijiet qablu li jingħaqdu flimkien taħt bandiera ta’ Korea magħquda waqt l-Olimpjadi tax-Xitwa li se jsiru x-xahar id-dieħel fil-Korea t’isfel.

It-taħdidiet waslu hekk kif l-Istati Uniti u l-alleati wegħdu li jżommu l-pressjoni tagħhom fuq il-Korea ta’ fuq.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend