Ftehim li jaħseb biex itejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti – One News

Notifiki

Ftehim li jaħseb biex itejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti

Il-ftehim milħuq mal-Union tal-Għalliema mexa fuq l-istess parametri u prinċipji li ftehim settorjali oħra mxew fuqhom f’dawn l-aħħar snin. Dan il-ftehim huwa wieħed pożittiv għaliex se jżied l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-edukaturi, jiftaħ toroq ġodda għall-karriera u jsaħħaħ il-pakkett finanzjarju tal-istess edukaturi.

Ta’ min ifakkar li f’dawn l-aħħar għaxra-ħmistax-il sena, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli. Tant hu hekk li kienu tħallew fil-qiegħa tal-professjonijiet kollha tal-ħaddiema pubbliċi.

Fuq medda ta’ erba’ snin il-pakketti finanzjarji se jissaħħu b’mod gradwali u se jiġu introdotti numru ta’ allowances li se jiġu inklużi fil-pakkett. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol huma wkoll mtejba b’mod konsiderevoli u llum qed naraw il-professjoni f’dawl ħafna aktar rispettat mill-passat.

Il-ftehim jaħseb ukoll biex itejjeb l-esperjenza edukattiva għall-istudenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend