L-istilla Amerikana tal-mużika gospel, Edwin Hawkins miet f’daru stess f’Kalifornja fl-eta ta’ erbgħa u sebgħin sena.
Dan wara li kienu ilu jiġġieled il-marda tal-kanċer fil-frixa.
Hawkins kien meqjus bħala pijunier fil-mużika gospel, hekk kif kien jisinkronizza l-ilħna gospel ma’ ħsejjes sekulari.
L-aktar li se jibqa’ magħruf huwa għall-kanzunetta tal-elf disa’ mija, disgħa u sittin, Oh Happy Day.