Aġġornat: Mietet il-kantanta ta' The Cranberries | One News

Notifiki

Aġġornat: Mietet il-kantanta ta’ The Cranberries

Mietet il-kantanta tal-grupp The Cranberries, Dolores O’Riordan fl-eta ta 47 sena.

O’Riordan mietet Londra waqt li kienet qed tivjaġġa fuq xogħol. Is-sena l-oħra l-band kellhom kkanċellaw numru ta’ kunċerti minħabba l-istat ta’ saħħa ta’ O’Riordan.

Fi stqarrija, l-familja tagħha talbet għall-privatezza f’dan il-mument tant delikat.

Zombie kienet waħda l-aktar diski  popolari tal-grupp The Cranberries.

Il-mewt tal-kantanta tal-Cranberries, Dolores O’Riordan mhux qed tkun meqjusa bħala waħda suspettuża.  Il-pulizija kkonfermaw ukoll li qed isir rapport sabiex ikun investigat x’kienu l-kawżiet li waslu għall-mewt ta’ O’Riordan.

Il-mużiċista Irlandiża, mietet ħabta u sabta f’Londra fl-eta’ ta’ sitta u erbgħin sena. L-aktar kanzunetti li kisbu suċċess internazzjonali fid-disgħinijiet kienu Linger u Zombie.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend