L-innijiet Mużikali tal-Koppin f’ Forma Diġitali – One News

Notifiki

L-innijiet Mużikali tal-Koppin f’ Forma Diġitali

Il-Każin ta’ San Leonardu f’ Ħal Kirkop iniedu proġett ġdid wara xhur ta’ ħidma sabiex l-storja mużikali kollha tal-każin tiġi dokumentata u diġitizzata. Proġett li ġie milqugħ u mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti li għaraf l-importanza li l-storja mużikali tal-Każini tiġi preservata.

Permezz ta’ informazzjoni mil-kommunita’ tal-Koppin, u stħarriġ profond fl-istorja ta’ Malta, is-surmast Daniel Vella elenka l-mużika kollha li kellu l-Każin San Leonardu matul is-snin. Dan wassal sabiex jiġu skoperti diversi biċċiet ta’ informazzjoni fuq dak kollhu li nissel l-arti mużikali f’ dan ir-raħal.

L-informazzjoni li nġabret, wasslet sabiex il-Koppin imiddu jdejhom għax-xogħol u beda l-proċess tad-diġitizzazzjoni tal-mużika. Waqt dan il-proġett, ġew dokumentati l-innijiet kollha u saret riċerka fuq l-Antifona. L-aħħar pass ta’ dan il-proġett kien li jsir recording diġitali ta’ dawn l-innijiet sabiex iservu ta’ referenza għall-futur.

F’ diskors tal-okkażjoni meta wasal fi tmiemu dan il-proġett, il-Ministru Owen Bonniċi spjega li dawn it-tip ta’ proġetti, iġibu magħhom diversi sfidi iżda hu saħaq li huwa dmir tal-Kunsill Malti għall-Arti li jgħin żgħażagħ mimlija bl-enerġija sabiex jipreservaw l-istorja u l-kultura Maltija.

Proġetti bħall dawn jawguraw tajjeb biex rħula żgħar bħal Ħal Kirkop ikomplu jibbenefikaw minn dawn il-fondi provduti sabiex l-kulturi Maltin jibqgħu jiġu preservati u mġedda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend