Xemx u xita Alla jaf meta. Hekk jgħid il-Malti iżda bl-avvanzi li għamilna, it-tbassir tat-temp sar ikun ferm aktar faċli minn jum għal jum, fejn fortunatament minn jiem qabel ningħataw ħjiel kif se jkun it-temp għall-ġimgħa li ġejja.
Is-sit tal-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com irrapporta kif llum it-tbassir indika li x-xita laħqet lill-gżejjer Maltin filgħodu hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa fuq it-Tramuntana tal-Afrika se tkun qed iġġorr arja pjuttost sħuna mid-deżert Saħara li se jaħbat ma sistema ta’ arja kiesħa li oriġinat fuq l-Ewropa u li se tkun qed tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.Dan se jikkawża ammont ta’ maltemp viċin tal-gżejjer Maltin u għalhekk teżisti wkoll il-possibbilita’ li xi ftit ragħad jilħaq fuq l-art.
Ix-xita mistennija tnaqqas sew sa wara nofsinhar. Iktar tard din il-ġimgħa se nkunu qed nistennew iktar xita, hekk kif għalkemm il-ġurnata tal-Ħamis 11/Jan mistennija tkun Xemxija naraw li sa filgħaxija t-temp se jerġa’ jitħassar u għalhekk se nistennew iktar xita il-Ħamis fit-tard u l-Ġimgħa 12/Jan matul il-ġurnata kollha.
Ix-xita li mistennija tinżel fuq il-gżejjer Maltin mistennija tkun akkumpanjata minn livelli għolja ta’ trab u ramel li oriġina mid-Deżert Saħara u li resaq fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fil-ġranet li għaddew minħabba r-riħ li kien ġej mix-Xlokk. Issa jidher li x-xita mistennija twaqqa’ dan ir-ramel li jinsab fl-atmosfera.
Tbassir tat-temp għat-tlett ijiem li ġejjin:
L-Erbgħa, 10 ta’ Jannar, Xita filgħodu, imsaħħab wara nofsinhar, temperaturi l-ogħla 15C, l-inqas 12C, Majjistral, Forza 5
Il-Ħamis, 11 ta’ Jannar Xemxi matul il-ġurnata iżda bix-xita fit-tard, temperaturi l-ogħla 16C, l-inqas 10C, Punent Forza 4 – 5
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar, Xita, l-ogħla 13C, l-inqas 11C, Riħ Punent Majjistru Forza 5 – 6