Simon Busuttil mitlub iressaq il-provi | One News

Notifiki

Simon Busuttil mitlub iressaq il-provi

Simon Busuttil intalab jippreżenta l-evidenza ħalli fil-Qorti jipprova li hu se jkun vittma waqt is-smigħ t’appell b’rabta ma’ każ dwar il-Panama Papers. L-eks Kap Nazzjonalista ġie mitlub mill-Imħallef Joseph Zammit Mckeon biex jipproduċi provi għala jaħseb li se jkun pre-ġudikat jekk il-każ t’appell jinstema’ quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi. Dwar il-każ, Busuttil kien ressaq rikors biex l-Imħallef Antonio Mizzi jirrikuża ruħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend