Inqabad ibiegħ id-droga biex jixtri mediċina għat-tfal | One News

Notifiki

Inqabad ibiegħ id-droga biex jixtri mediċina għat-tfal

Otis Cassar ta’ 45 sena inqabad ibiegħ id-droga f’Birkirkara fi Frar 2012. Hu kien ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li l-Qorti semgħet li kien qed jaffċċja problemi tant li s-sieħba tiegħu qalet li kellhom jixtru l-mediċini għaż-żewġ itfal tagħhom li kienu fl-isptar. Cassar kien inqabad wara li tfajla nqabdet bl-ecstasy fi triqtha lejn il-karnival t’Għawdex u qalet li kienet xtratha mingħandu.

Il-Pulizija kienu waqqfu lil Cassar li rawh jarmi borża, li fiha nstabu 50 pillola ecstasy. Instabitlu wkoll raża tal-kannabis fil-karozza kif ukoll diversi sim cards. Wara tfittxija fid-dar tiegħu nstabu ‘l fuq minn 200 pillola oħra.

Il-Maġistrat Neville Camilleri, semgħet ix-xhieda ta’ professjonisti li tkellmu dwar il-ħajja diffiċli li għadda minnha Cassar fejn anke kien jabbuża hu nnifsu mid-droga meta kien għadu żgħir. Illum huwa ‘l bogħod mill-vizzju u missier ta’ tliet itfal f’ħajja stabbli saħansitra sid ta’ negozju li ħaddem lil Cassar qal li huwa persuna ta’ min jafdah.

It-tfajla tieghu qalet li Cassar spicca jaghmel dan ix-xoghol ghaliex kull xoghol li kien isib, kienu jhallsuh biż-żewġ euro s-siegħa.

Cassar apparti li weħel sentenza minima ta’ 16-il xahar ħabs, ġie mmultat €2,000 u kien ordnat iħallas €3,300 fi spejjeż tal-esperti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend