Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat tim fil-logħob Olimpiku ta’ Pyeongchang – One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat tim fil-logħob Olimpiku ta’ Pyeongchang

Il-Korea ta’ Fuq għandha tibgħat delegazzjoni għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-2018, li se ssir fil-Korea t’Isfel fi Frar. Dan qaluh uffiċjali mill-Korea t’Isfel. It-tħabbira progressiva seħħet hekk kif il-pajjiżi ltaqgħu għall-ewwel taħditiet ta’ livell għoli wara aktar minn sentejn. Id-delegazzjoni ser tinkludi atleti, uffiċjali u kif ukoll partitarji.


Il-Korea ta’ Isfel ipproponiet ukoll laqgħat familjari matul l-Olimpjadi tax-Xitwa għal nies li sfaw isseparati minħabba l-gwerra Koreana. Din il-kwistjoni hija waħda ferm emozzjonali għaż-żewġ pajjiżi, u l-Korea t’Isfel kontinwament qed tinsisti biex isiru aktar laqgħat.


Il-laqgħat huma mistennija li jsiru matul il-vaganzi tas-Sena lunari l-Ġdida, li jiġu ċċelebrati matul il-Logħob Pyeongchang. Seoul appella wkoll għall-atleti miż-żewġ pajjiżi Koreani biex jimxu flimkien fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. Għadu mhux magħruf kif il-Korea ta’ Fuq wieġbet għal dawn l-offerti. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi mxew flimkien taħt il-bandiera tal-Peniżola Koreana kien aktar minn 10 snin ilu, fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2006.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend