Il-Gvern isellem lill-atleta Gerald Degaetano | One News

Notifiki

Il-Gvern isellem lill-atleta Gerald Degaetano

Fi stqarrija li ħareġ il-Gvern Malti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-atleta Gerald Degaetano li miet fl-età ta’ 53 sena.

 

Gerald Degaetano kien l-ewwel Malti li rebaħ medalja fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-1989 u għal ħafna snin kellu rekords nazzjonali fil-5,000 metru u fl-10,000 metru.

 

Gerald Degaetano rebaħ ukoll unuri nazzjonali fil-canoeing u kien ipparteċipa bħala coach ma’ Chris Camilleri fil-Logħob tal-Mediterran f’Pescara meta fis-snin ta’ qabel kien diġà ħa sehem fl-atletika.

 

Is-Segretarju Parlamentari qal li Gerald Degaetano se jibqa’ mfakkar mhux biss għas-suċċessi li kiseb iżda anke għas-serjetà li dejjem wera u tal-eżempju li dejjem ta lill-atleti żgħażagħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend