Nhar il-Ħadd li ġej erbatax ta’ Jannar fil-ġonna ta’ San Anton se terġa’ ssir Festa Ċitru. Iċ-ċitru li se jinbiegħ huwa kollu ġej mill-ġonna tal-Palazz ta’ San Anton. Fil-fatt it-tlieta filgħodu studenti mill-kulleġġ San Injzju , Skola Primarja San Bastjan Hal Qormi bdew jgħinu lis-Sur Preca jaqta’ ċ-ċitru mis-sitt mitt siġra li hemm fil-ġnien tal-Palazz. Din l-attività ser issir b’riżq l-għaqdiet tal-annimali.
Din l-attivita tibda fid-disgħa ta’ filgħodu.