ESKLUSSIVA: Erba' persuni u tifel f'Mater Dei wara turbolenza qawwija fuq Milan | One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Erba’ persuni u tifel f’Mater Dei wara turbolenza qawwija fuq Milan

Erba’ persuni fosthom tfal iddaħħlu l-isptar għall-kura wara li t-titjira mqallba tar-Ryanair minn Liverpool lejn Malta ltaqgħat ma maltempata qawwjia fuq Milan. Kawża tat-turbolenza l-ekwipaġġ tal-ajruplan ħadu l-miżuri ta’ prekawzjoni kollha sabiex tiġi evitata li ssir aktar ħsara fl-ajru.

Sorsi qrib l-industrija tal-avjazzoni qalu lil One News li kawża tat-turbolenza, erba’ passiġġieri fosthom persuna taħt l-età ndarbu ħafif. L-ajruplan niżel Malta għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fejn sab jistennewh nurmu ta’ vetturi tal-emerġenza fejn ħadu lin-nies l-isptar.

Minn informazzjoni li għandna jidher li hekk kif l-ajruplan tal-għamla Boeing 737-8AS bin-numru tar-reġistrazzjoni EI-ENY inqabad fit-turbolenza qawwija siegħa u nofs wara t-tluq tiegħu minn Liverpool. Dan seħħ hekk kif l-ajruplan laħaq l-għoli tad-39,000 pied fl-ajru. Kien hawn fejn il-pilota kien kostrett iżid il-veloċità tal-ajruplan u niżel 4,000 pied fi spazju ta ftit minuti. Kawża ta’ din il-manuvra l-ajruplan kellu jagħmel madwar 30 minuta oħra fl-ajru sakemm wasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Kawża ta’ dan l-inċident l-ajruplan ġarrab numru ta’ ħsarat u għalhekk għadu jinsab Malta fejn mistenni jsirulu t-tiswijiet kollha neċessarji. Huwa mifhum li l-awtoritajiet konċernati qed jinvestigaw dan l-inċident.

Il-manuvra li l-ajruplan għamel fuq Milan
L-ajruplan tat-tip Boeing pparkjat f’Park 9 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-għada li seħħ l-inċident
L-ajruplan tal- għamla Boeing 737-8AS bin-numru tar-reġistrazzjoni EI-ENY
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend