Tħabbret il-mewt ta’ Gerald DeGaetano, ex atleta nazzjonali tad-distanzi t-twal fl-eta’ ta’ 53 sena.
DeGaetano beda l-karriera atletika tiegħu l-Universita’ fl-1983 meta kellu biss 19-il sena. Kienu sentejn wara li sar magħruf bħala atleta tad-distanzi t-twal. Hu kien l-ewwel Malti li rebaħ midalja fil-GSSE fl-atletika, fl-1989.DeGaetano kien irrapreżenta lil Malta f’diversi logħob tal-Kumitat Olimpiku Malti fosthom dak tal-Mediterran.
Hu kellu r-rekords nazzjonali għal diversi snin tal-5,000 u l-10,000 metru.