Il-linja nazzjonali tal-ajru Air malta se tkun qed tidħol f’suq ġdid meta min-nofs ix-xahar se tibda ttir minn Sqallija għal Vjenna.
Ma’ ONE News il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi spjega li l-linja nazzjonali tal-ajru Maltija ser tkun qed topera dan is-servizz darbtejn fil-ġimgħa mill-ajruport ta’ Katanja biex timla l-vojt li ħalliet il-kumpanija Air Niki wara li ddikjarat lilha nnfisa bħala kumpanija falluta.
Din huwa wieħed mill-ewwel passi ‘l quddiem fl-implimentazzjoni tal-strateġija sabiex il-linja tal-ajru nazzjonali Maltija tesplora opportunitajiet ġodda u timmarka lilha nnfisha bħala waħda mil-linji tal-ajru ewlenin li jgħaqqad il-gżejjer Mediterranji ma reġjuni mportanti fl-Ewropa u lil hinn.
Il-Ministru Mizzi spjega li din it-titjira ser tkun waħda mportanti ħafna għall-Air Malta minħabba l-fatt li hija popolari ħafna u ser tkun profitabbli għall-kumpanija.
Sabiex din ir-rotta tikseb il-popolarita fi’ żmien qasir u tkun attraenti għall-iżjed vjaġġaturi, l-Air Malta ser toffri aktar valur għall-flus permezz ta’ prezzijiet kompetittivi bl-iskema GoLight.
Hu mifhum li fiz-zmien li ġej l-air malta tintroduci aktar rotot bħal dawn, bil-pjan tal-Air Malta jkun li tifrex is-servizzi tagħha f’ iżjed pajjiżi Ewropej u anke dawk tal-Afrika ta’ Fuq.
Il-Minsitru Mizzi qal li dawn id-deċiżjonijiet qed jixprunaw iżjed tkabbir għal-linja tal-ajru nazzjonali u b’effett ta’ dan, madwar xahrejn oħra l-Air Malta ser tkun waslet biex tieqaf taħdem b’telf u l-prospetti huma li sal-2019 tkun qed topera bi qliegħ