Il-Pulizija ma tħares lejn wiċċ ħadd | One News

Notifiki

Il-Pulizija ma tħares lejn wiċċ ħadd

Dalgħodu waqt iċ-ċerimonja li fiha ngħata rikonoxximent lil dawk il-membri tal-korp li ddistingwew ruħhom f’xogħolhom , il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia semma li fil-parlament il-Gvern se jkun qed iressaq emendi biex jiħraxu l-pieni fil-konfront ta’ min jikkometti vjolenza fuq uffiċjali tal-pulizija.

Huwa rrimarka wkoll għas-suċċessi kbar li wettqu l-pulizija fosthom matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li matul is-sena li għaddiet il-pulizija rnexxilha taqbad l-akbar ammont ta’ droga.

Il-Ministru Farrugia saħaq ukoll li l-Gvern jikkundanna l-ħażin, ġej minn fejn ġej.

Ma’ dan ingħaqad ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li b’referenza għall-allegazzjoni fuq l-eks Assistent Kummissarju Mauro Tonna u li allegatament tlett pulizija nqabdu bid-droga, qal li l-Korp tal-Pulizija ma jħares lejn wiċċ ħadd u jinvestiga kull każ fit-totalità tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend