Aġġornat: Dalgħodu fil-Ħamrun… | One News

Notifiki

Aġġornat: Dalgħodu fil-Ħamrun…

Il-Ħamruniżi matul din il-ġimgħa kellhom ċelebrazzjoni ad unur il-padrun San Gejtanu. Is-soltu l-festa tkun iċċelebrata f’Awwissu. Din il-parroċċa qed tiċċelebra l-500 anniversarju tad-dehriet mistiċi li esperjenza San Gejtanu waqt it-talb u l-meditazzjoni li kien jagħmel fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma. Fil-lejl ta’ qabel il-Milied tas-sena 1517, il-Madonna tat lill-Bambin Ġesu’ f’idejn San Gejtanu li hu magħruf bħala l-qaddis tal-Providenza.

Biex tikkommemora dan, il-parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun organizzat diversi attivitajiet.Il-Ħadd filgħodu se toħroġ mill-Knisja purċissjoni fid-disgħa ta’ filgħodu u tidħol lura fin-nofsiegħa. Din se titmexxa mill-Prepostu Salvador Rodea Gonzales, il-Ġeneral tal-Ordni tat-Teatini, li waqqaf San Gejtanu stess fl-1524. Il-Purċissjoni se tkun qed tgħaddi mill-istess toroq tal-festa t’Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend