Jisirqulu żewġ karozzi antiki u b'valur sentimentali f'ġimgħa | One News

Notifiki

Jisirqulu żewġ karozzi antiki u b’valur sentimentali f’ġimgħa

Fl-aħħar jiem żewġ karozzi antiki li jappartjenu għall-istess sid, insterqu minn Raħal Ġdid. Il-karozzi huma tal-għamla Ford Cortina Mk1 u Ford Escort Mk1 kif jidhru fir-ritratti. Dawn huma ta’ valur sentimentali għas-sid. Min għandu xi informazzjoni u jista’ jgħin f’dan il-każ, huwa ġentilment mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija fl-għassa ta’ Raħal Ġdid. Is-sid qed joffru s-somma ta’ €500 lil min iwassal informazzjoni biex jinstabu dawn il-karozzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend