Angela Merkel tixtieq ittemm l-istaġnar politiku fil-Ġermanja | One News

Notifiki

Angela Merkel tixtieq ittemm l-istaġnar politiku fil-Ġermanja

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tibda sett ġdid ta’ taħdidiet fuq koalizzjoni fil-jum tal-Ħadd, bil-għan li jispiċċa l-istaġnar politiku fil-pajjiż. Iktar minn tlett xhur wara li saret l-elezzjoni, il-Ġermanja għadha mingħajr gvern ġdid. Id-diskussjonijiet se jkunu mifruxa fuq ħamest ijiem, u se jinkludu lid-Demokratiċi Kristjani ta’ Merkel, l-alleati tagħha l-Unjoni Soċjali Kristjana, u d-Demokratiċi Soċjali.

Ħafna qed jaraw dan bħala l-aħħar ċans biex tinħoloq koalizzjoni stabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend