Aktar temperaturi storiċi fl-Amerka | One News

Notifiki

Aktar temperaturi storiċi fl-Amerka

It-Temperaturi fl-Amerka niżlu għall-anqas darba fl-istorja meta mmarkaw 35 taħt iz-zero fil-kosta tal-Lvant tal-pajjiż.

Metereoloġisti qalu li t-temperaturi fil-viċinanzi tal-muntanji Berkshire jinħassu anke ta’ 37 taħt iz-zero u ta’ 45 taħt iz-zero ħdejn il-muntanji ta’ Vermont. Minn tal-anqas mietu 12-il persuna f’dawn it-temperaturi mhux tas-soltu b’bosta nies ikollhom ukoll inċidenti minħabba l-kundizzjonijiet xejn tajba tat-temp. Dan it-temp mistenni li se jkompli jippersisti. L-uffiċċji metereoloġiċi tal-pajjiż ħarġu twissijiet ta’ riħ kiesaħ sa anke f’partijiet ta’ New York, Virginia, West Virginia, Maryland u fi New Hampshire.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend