32 persuna mitlufa wara ħabta ‘l barra mill-Kosta Ċiniża – One News

Notifiki

32 persuna mitlufa wara ħabta ‘l barra mill-Kosta Ċiniża

32 persuna ġew irrapurtati mitlufa wara li tanker taż-żejt u vapur tal-merkanzija ħabtu ‘l barra mill-kosta Ċiniża l-bieraħ filgħaxija. It-tanker li kien qed iġorr 136,000 tunnellata ta’ żejt Iranjan ħa n-nar wara l-ħabta. Intqal li l-kru li kien jikkonsisti minn 21 persuna ġie salvat. Il-Ministeru tat-trasport Ċiniż qal li l-persuni mitlufa huma: 30 Iranjan u żewġ persuni mill-Bangladesh. Intbagħtu tmien vapuri tas-salvataġġ fuq il-post għall-ewwel għajnuna.

Ir-rapport kif deher fuq il-mezzi soċjali tal-midja Ċiniża:

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend