Il-Pulizija arrestat lil Damiano Alfio Rannisi Torrisi ta’ 39 sena, fil-Mellieħa.
Hu kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ sparatura li seħħet fit-tnax ta’ Diċembru li għadda fin-Naxxar.Fil-każ kien indarab raġel ta’ tlieta u erbgħin sena minn Raħal Ġdid.
Damiano kien arrestat illejla wara rejd fi Triq il-Kaħli fil-Mellieħa, f’garaxx mibdul f’appartament, mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mill-pulizija tad-Distrett tal-Qawra.