Miżuri drastiċi minħabba l-influwenza fl-Ingilterra – One News

Notifiki

Miżuri drastiċi minħabba l-influwenza fl-Ingilterra

L-influwenza mhux biss tolqot il-gżejjer tagħna iżda qed tikkawża problemi kbar fl-Ingilterra. L-isptarijiet Ingliżi u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż qed jiddeskrivu l-mument bħala l-agħar f’dawn l-aħħar snin fir-rigward ta’ stress li qed taffaċċja minħabba l-influwenza, temp ikrah u persuni jbatu minn problemi tan-nifs.

L-isptarijiet mhux ilaħħqu mad-domanda u dan wassal biex it-Tlieta li għadda filgħaxija ħeġġu lis-servizz tas-saħħa Ingliż biex jieħdu miżuri u jippruvaw jistabbilizzaw is-servizz. Dan wassal biex tħassru appuntamenti sal-aħħar tax-xahar u mizuri simili speċjalment fejn jidħlu operazzjonijiet kirurġiċi.

Dr. Taj Hasan, konsulent u President tar-‘Royal College of Emergency Medicine’ qal li qed jesperjenzaw nies b’mard li bniedem qatt ma kien esperjenza qabel f’ħajtu. Dan qed iwassal biex fl-isptarijiet Ingliżi ġie ddikjarat #Black Alert b’nies jistennew li jinqdew għal 12-il siegħa sħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend