Maltemp fl-Amerka jikkontradixxi azzjoni ta' Trump | One News

Notifiki

Maltemp fl-Amerka jikkontradixxi azzjoni ta’ Trump

Ironiku l-fatt meta wieħed jiftakar li l-President Amerikan Donald Trump ħareġ mit-trattat ta’ Pariġi dwar il-klima fl-1 ta’ Ġunju tas-sena 2017 u bħalissa, eluf kellhom il-pjanijiet tagħhom sfrattati minħabba maltempati bil-borra. Bost passiġġieri kellhom jirritornaw lura l-Ingilterra waqt li kienu fi triqthom lejn l-Amerka u bosta Ingliżi spiċċaw raqdu fl-ajruport ta’ Washington DC tul l-aħħar lejl tas-sena 2017 għall-bidu tal-2018.

Passiġġieri tal-linja tal-ajru Norvegiza fuq it-tijira DY 7015 minn Gatwick f’Londra għall-ajruport John F Kennedy ingħata rotta ġdida lejn Washington DC minħabba l-estremita’ tat-temp. Madanakollu meta l-Boeing 787-9 illandja għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija ħin lokali, il-passiġġieri tħallew jistennew għal sagħtejn u nofs sħaħ. Agħar minn hekk, wara dan il-ħin kollu qalulhom li ma jistgħux jitniżżlu l-bagalji tagħhom mill-ajruplan f’dak il-mument.

Passiġġier maqbud fl-ajriport qal lill-mezzi tax-xandir internazzjonali li dan kien diżastru totali u ħadd ma tahom xi tip ta’ informazzjoni x’għandhom jagħmlu min-naħa tal-awtoritajiet tal-ajurport.

Trump kien qal li hu ma ġiex elett biex jirrapreżenta lin-nies ta’ Pariġi. It-Trattat ta’ Pariġi kellu l-iskop li jgħaqqad lid-dinja kollha biex tiġġieled u taġdem kontra l-ogħli tat-temperaturi imma l-Amerka ħarġet minnu, meta hija meqjusa bħala t-tieni l-aktar pajjiż li jħammeġ l-arja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend