Influss qawwi ta' pazjenti f'Mater Dei | One News

Notifiki

Influss qawwi ta’ pazjenti f’Mater Dei

Hekk kif it-temp xitwi daħal ġmielu u ħafna bdew jaraw kif jagħmlu sabiex isaħħnu darhom, eluf ta’ Maltin fosthom tfal spiċċaw fis-sodda bl-influwenza.

Minkejja li għall-maġġoranza tan-nies din ma tfisser xejn għajr ftit jiem ta’ mistrieħ id-dar, għal uħud dan jista’ jġib aktar problemi serji li kultant jistgħu jpoġġuhom f’xifer il-mewt.

Kawża ta’ dan, l-Isptar Mater Dei qed jara influss qawwi ta’ pazjenti bid-Dipartiment tal-Emerġenza u numru kbir ta’ swali jispiċċaw jaħdmu qatiegħ sabiex joffru l-aqwa kura possibbli lill-pazjenti f’dan il-perjodu tas-sena.

Id-Direttur Kliniku tal-isptar Mater Dei Dr. Walter Busuttil spjegalna l-fatturi għal dan l-influss ta’ pazjenti f’dan il-perjodu tas-sena fejn saħaq li “Prinċiparjament huma l-kesħa u l-influwenza, mhux il-kesħa infisha imma jkunu morda b’affarijiet oħrajn u kemm il-kesħa u l-influwenza taffetwa il-proċess tal-mard”

Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei Ivan Falzon spjegalna li dawn iż-żminijiet huma l-aktar żminijiet impenjattivi għall-isptar bil-perjodu tal-Milied u l-aħħar tas-Sena jkomplu jżidu fin-numru ta’ pazjenti li għal xi raġuni jidħlu fl-isptar għall-kura. Falzon qal: “Bħala sptar ħdimna ma’ stakeholders diversi biex ħriġna bi pjan u anki forecasting għal din l-eventwalita’ li jkollna staġun kiefer tal-influwenza u anki kesħa. Ħdimna flimkien mal-ħaddiema tagħna fuq dan il-pjan u fl-aħħar ġimgħa ftaħna wards oħrajn ma’ dawk li normalment jintużaw biex poġġejna pazjenti fihom”

Minkejja li dan huwa l-aktar żmien impenjattiv l-impjegati kollha tal-isptar mill-fattigi sal-konsulenti qed jaħdmu qatigħ għall-ġid tal-pazjenti li jkunu qegħdin iħarsu.

Carmen D’Amato , Direttur tal-Infermiera saħqet li “meta ngħidu l-istaff kollu, sew tobba sew nurses sew paramedics, sew fattigi sew carers, kulħadd għax kulħadd għamel il-parti tiegħu u għadu jagħmel il-parti tiegħu”

Minn naħa tiegħu Dr. Busuttil spjega li l-ambjent ta’ sptar jista’ jkun aktar perikoluż għal dawk li jmorru meta ma jkunux qed juru sintomi serji ta’ mard.

Dr. Walter busuttil , Direttur kliniku qal: “Jekk jiġi meta jisgħol ftit kull ma jkun qed jagħmel hu li jesponi ruħu għal aktar mard għax l-emerġenza u l-isptar huwa sptar fejn hemm aktar mard”…”L-idea tagħna hija li jekk tkun marid ftit, toqgħod id-dar, tixrob sħun u toqgħod għas-sħana”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend