Il-President ta' Malta tiltaqa' mad-delegazzjonijiet kummerċjali | One News

Notifiki

Il-President ta’ Malta tiltaqa’ mad-delegazzjonijiet kummerċjali

Illum il-President ta’ Malta l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet laqgħa mal-membri tad-delegazzjonijiet tal-kummerċ li se jkunu preżenti fil-laqgħat li ġejjin waqt viżti statali fil-Bulgarija u l-Kroazja. Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar l-importanza li tmexxi dawn id-delegazzjonijiet fejn qalet li permezz taghhom, ir-relazzjonijiet diplomatiċi u politiċi li diġa’ huma eċċellenti isiru aktar tanġibbli ekonomikament.

Il-President saħqet li l-Gvernijiet huma kruċjali biex jiftħu bibien għan-negozji ħalli dawn jikbru, jifjorixxu u jissaħħu flimkien fl-aqwa interess tan-nies u l-kummerċ ta’ pajjiżna kif ukoll tal-Bulgarija u l-Kroazja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend