Il-Mina ta' Notre Dame lura għall-glorja tagħha | One News

Notifiki

Il-Mina ta’ Notre Dame lura għall-glorja tagħha

Li żżur il-Mina ta’ Notre Dame fit-tarf tal-Birgu se tibda tkun esperjenza ġdida wara li ġew approvati xogħolijiet ta’ restawr mill-Awtorita’ tal-ippjanar. Ix-xogħol ser jinkludi r-restawr esterjuri tal-mina, skavar u rikostruzzjoni tal-foss li jdur madwar il-mina kif ukoll l-installazzjoni ta’ lift li se joffri veduta panoramika. Il-lift se jwassal lin-nies sal quccata tal-mina monumentali fejn se ssir pjattaforma apposta.

Il-proġett se jsir mill-Fondazzjoni Wirt Artna li għandha fil-kura tagħha dan il-post. Dan ġie wkoll milqugħ mis-Superintendenza tal-Wirt Kulturali u x-xogħol se jkun taħt sorvelljanza ta’ uffiċjali għall-konservazzjoni tal-wirt fi ħdan l-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Dan il-monument kellu użu militari għal madwar 300 sena, mibni fuq stil Barokk, maqsum fuq ħames livelli u jinkludi wkoll bust tal-Gran Mastru Nicolas Cottoner.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend