Dati kmieni għal din is-sena. Ħu nota! – One News

Notifiki

Dati kmieni għal din is-sena. Ħu nota!

Propju llum kienet l-aħħar ġurnata sħiħa d-dar għall-istudenti li nhar it-Tnejn jirritornaw lura l-iskola, wara l-weekend. Dan wara ħmistax vaganzi tal-Milied. Issa jmiss li l-istudenti jibdew jaħsbu għall-eżamijiet ta’ nofs is-sena bil-mod il-mod u mingħajr stress żejjed, iżda ma jdumux ma jkollhom il-vaganzi tal-karnival u wara tal-Għid il-Kbir.

 

Din is-sena, iva, kollox ġej kmieni. Il-Ġimgha l-kbira se tiġi ċċelebrata fit-30 ta’ Marzu u l-Għid il-Kbir jaħbat fl-1 t’April. Ras ir-Randan se jaħbat propju f’jum San Valentinu, fl-14 ta’ Frar. San Pawl se jiġi ċċelebrat fis-27 ta’ Jannar. Fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, il-festa tar-Redentur f’ħafna parroċċi se ssir fid-9 ta’ Marzu u d-Duluri tiġi ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-kbira, jiġifieri fit-23 ta’ Marzu. Din tiġri kull tant snin, infatti biex terġa’ tiġi daqshekk kmieni l-Ġimgħa Mqaddsa, irridu nistennew is-sena 2023. Kif kienu jgħidu l-Maltin ta’ dari, ‘jekk int tħobb l-avvenimenti u l-iffesteġġjar, f’pajjiżna ma tagħmilx f’qalbek’ u din is-sena, se niċċelebrawhom malajr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend