15-il jum biss il-bogħod mill-Festa | One News

Notifiki

15-il jum biss il-bogħod mill-Festa

Ninsabu biss 15-il jum bogħod minn dik li qed titqies bhala l-akbar ċelebrazzjoni fil-Kapitali Maltija mill-Indipendenza l’hawn. Bosta attivitajiet ma jaqtgħux, ħa joffru spettaklu lil kulħadd tul is-sena li għadha kemm bdiet, u li warajha se tħalli legat li se jibqa’ jissemma. Bosta attivitajiet ser jibdew mill-14 tax-xahar u jilħqu quċċata fl-20 ta’ Jannar permezz tal-attivita’ Erba’ Pjazez. L-ispettaklu se jsir kull siegħa fil-pjazez prinċipali Beltin: Pjazza Tritoni (Il-Qawma tat-Tritoni), Pjazza San Ġorg (Qalbna), Pjazza San Ġwann (Elfejn u tmintax) u Pjazza Kastilja (Minn Qiegħ l-Imgħoddi għall-Quċċata tal-Ġejjien)

Il-Belt Valletta hija l-ġawhra Barokka ta’ Malta. Tibqa’ magħrufa minħabba li hija mibnija fuq peniżola li tħares lejn portijiet u qaliet fuq iż-żewġ naħat u li ħadet post l-Imdina bħala l-belt kapitali tal-pajjiż wara l-Assedju l-Kbir.

Il-Kapitali tagħna għandha storja twila u ta’ fama kbira bħala ċentru ta’ governanza u amministrazzjoni għal dawk kollha li ħakmu l-arċipelagu minn mindu nbniet. Bdiet tinbena fl-1566 u tlestiet fl-1571. Intant il-Gran Mastru De Vallette ma laħaqx ra kompluta għax laħaq miet. Maż-żmien din il-belt tagħna dejjem baqgħet tistagħna. Bit-toroq f’forma ta’ gradilja, il-Belt tista’ tiġi esplorata faċilment bil-mixi, u dawk li huma avventurużi żgur ser jiġu ppremjati b’veduti estensivi, ħwienet attraenti li jbiegħu kull xorta ta’ oġġetti, ristoranti mill-aqwa u, fuq kollox, arkitettura spettakolari grazzi għall-Malti Ġilormu Cassar u Francesco Lapparelli.

Din is-sena għad tiġi studjata fl-istorja ta’ pajjiżna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend