Żieda qawwija fil-paga minima | One News

Notifiki

Żieda qawwija fil-paga minima

Wara ħamsa u għoxrin sena l-paga minima għoliet b’medjazzjoni impekkabbli min-naħa tal-Gvern bejn min iħaddem u l-unjins.

Mark Grech mid-Dipartiment Industrijali u r-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol spjega kif dawk fuq il-paga minima bdew jieħdu ż-żidiet magħdudin maż-żieda tal-għoli tal-ħajja, wara l-ftehim iffirmat f’April tas-sena l-oħra.

Grech qal li “Fl-2017 ingħataw tlett ewro il-ħaddiema li kienu qed jirċievu l-paga minima fil-ġimgħa ovvjament. Dawk il-ħaddiema li kienu ilhom jaħdmu fl-impjieg, mal-istess employer aktar minn sena. Plus hekk dis-sena jiġifieri hemm iż-żieda tal-għoli tal-ħajja tal-1.75 u min ħa jagħlaq sentejn jew aktar fuq paga minima ħa jirċievi tlett ewro fil-ġimgħa. Mela hemmhekk għandek sitt ewro u l-1.75, jiġifieri għandek 7.75 ċenteżmu.”

Grech spjega li minn din is-sena dawk fuq paga minima bdew jieħdu wkoll ewro oħra fil-ġimgħa biex dawk li jaqilgħu l-anqas issa qed jaraw żieda konsiderevoli ta’ tmien ewro u ħamsa u sebgħin ċentenżmu fil-ġimgħa.

Żied ukoll “Plus hekk, fl-istess agreement kien hemm stipulat illi l-COLA ħa tkun suplimentatat b’żieda ta’ ewro fil-ġimgħa fl-2018 u fl-2019. Mela min kien fuq paga minima u rċieva dawn iż-żidiet ta’ seba’ ewro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu fil-ġimgħa ħa jirċievi wkoll dik l-ewro żejda supplimentari li jiġi maqbul bejn l-imsieħba soċjali f’April tal-elfejn u sbatax. Mela jekk tara lil xi ħadd li kien fuq paga minima f’Diċembru tal-2016 għal-lum iż-żidiet fil-ġimgħa se jkunu ta’ tminn ewro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu.”

Mark Grech saħaq li ż-żieda ta’ ewro fil-ġimgħa mhux jibbenefikaw minnha biss dawk fuq paga minima.

Hu qal li “Kull min jirċievi ż-żieda tal-għoli tal-ħajja imma m’għandux paga minima, jiġifieri għandu kuntratt tax-xogħol, li jħallsu ogħla aktar mill-paga minima, pero kull sena jirċievi biss iż-żidiet tal-għoli tal-ħajja, dik li aħna nafuha bħala l-COLA, ħa jkun qed jirċievi l-COLA ta’ ewro u 75c fil-ġimgħa u ewro oħra supplimentari fl-2018 u fl-2019. Jiġifieri ma kinitx xi ħaġa ta’ darba imma ħa tkun maqsuma fuq sentejn.”

Intant iż-żieda ta’ ewro fil-ġimgħa ma jirċievuhiex dawk il-ħaddiema li għandhom ftehim kollettiv jew kuntratt tax-xogħol illi jagħtihom żidiet li jinkludu l-COLA. Normalment dawn iż-żidiet ikunu aktar miż-żidiet obbligatorji li jagħti l-Gvern kull sena u fost dawn il-ħaddiema hemm dawk impjegati maċ-ċivil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend