Tradizzjoni malli jinżel l-ajruplan | One News

Notifiki

Tradizzjoni malli jinżel l-ajruplan

Ħafna huma dawk li xi darba jew oħra siefru fuq xogħol jew btala u malli ajruplan jasal fid-destinazzjoni tiegħu b’wiċċ il-ġid, jisimgħu ċapċipa t’apprezzament. Din tista’ tissejjaħ tradizzjoni li hija marbuta man-nies tal-Mediterran specjalment mal-Maltin. Titqies bħala grazzi u awgurju tajjeb lill-pilota li jkunu wasslu lill-passiġġieri fid-destinazzjoni mixtieqa. Forsi dan iseħħ minħabba li dan il-mezz tat-transport sal-lum il-ġurnata għadu meqjus u jibqa’, bħala invenzjoni straordinarja tal-bniedem li kapaċi jwassal passiġġieri minn pajjiż għall-ieħor b’mod alternattiv għal dak tat-trasport bil-baħar.

Ħafna nies isiefru f’dawn iż-żminijiet ta’ vaganzi. Propju fil-31 ta’ Diċembru li għadda l-ajruport internazzjonali ta’ Malta laqa’ s-6 miljun passiġġier li mmarka l-ogħla rekord ta’ traffiku tal-ajru s’issa. Dan fisser żieda ta’ 17% fuq is-sena 2016. Jidher li din is-sena ser terġa’ tkun waħda tajba għal pajjiżna fil-qasam turistiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend