Provinċjal ġdid għall-Agostinjani f'Malta | One News

Notifiki

Provinċjal ġdid għall-Agostinjani f’Malta

Ftit tal-ħin ilu fuq is-sit soċjali tal-facebook bdew jitfaċċaw messaġġi t’awguri lill-Provinċjal il-ġdid tal-Provinċja Agostinjana f’Malta Dun Leslie Gatt.

Dan wara li għal dawn l-aħħar snin onora din il-kariga Dun Ray Francalanza b’dedikazzjoni kbira. Dun Leslie Gatt ser ikompli fuq il-passi tiegħu biex il-Provinċja Agostinjana f’Malta li s-sena l-oħra għadha kif iċċelebrat il-200 sena mit-twaqqif tagħha f’Malta tibqa’ ħajja u tiġġedded.

Fuq is-sit uffiċċjali tal-Agostinjani f’Malta www.agostinjani.org.mt Dun Leslie Gatt meta kien mistoqsi min hu l-Agostinjan għalih wiegeb ‘Il-bniedem li ma jgħejja qatt ifittex kif jista’ jħobb aktar lil Alla u lill-poplu tiegħu flimkien mal-aħwa’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend