Filmat: L-aħħar tislima lill-anġlu Ziam – One News

Notifiki

Filmat: L-aħħar tislima lill-anġlu Ziam

Tislima mill-isbaħ – hekk nistgħu niddeskrivu t-tislima li ngħata ċ-ċkejken Ziam, li fl-età tenera ta’ tliet snin tilef ħajtu wara kundizzjoni rari u iebsa ħafna.

Fil-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Bormla ma kienx hemm fejn toqgħod labra u  minkejja b’demgħa f’għajnejhom, kienu bosta li tbissmu meta ftakru fil-memorja tiegħu u fit-tbissima fuq fommu minkejja l-agunija li kien għaddej minnha. Ċkejken li fil-ftit snin li għex f’din id-dinja biddel il-ħajja ta’ bosta nies.

Fosthom dik ta’ Antonella Rogers, li meta kienet qed tiġġieled il-battalja kiefra mal-kanċer, sabet il-faraġ fih.

Ma’ One News tistqarr li meta kienet tarah jissielet mal-marda li ħakmitu, bi tbissima fuq fommu,  kien jimliha b’kuraġġ ta’ sur biex tegħleb l-imrar li taf iġġib magħha l-ħajja.

Antonella Rogers qalet: ”Ziam għamel miraklu kbir miegħi – għalkemm kellu tlett snin biss – waqt il-battalja tiegħi għamel miraklu kbir miegħi għaliex lili ziam tagħni ħafna saħħa tagħni ħafna kuraġġ u meta kont nara fih tbatija kbira – kważi tbatija li rajt lil ġesù fih u xorta kien jidħak u jitbissem jiena kien jagħtini enerġija pożittiva u lili għenitni ħafna waqt il-mard tiegħi.”

Hija stqarret li minkejja li lilha l-ħajja ma tantx tbissmitilha, il-mewt ta’ Ziam kienet diffiċli ħafna. Dan għaliex Antonella, li hija ħabiba tal-qalb tal-familja, kienet qed iżomm id iċ-ċkejken fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu flimkien ma’ ommu.

Antonella qalet li t-tmiem tal-vjaġġ ta’ Ziam f’din id-dinja, bidlilha s-sinifikat tal-mewt.

Nirringrazzjah ta’ dak kollu li għamel miegħi għalkemm qatt ma kelli l-opportunità li nitkellem miegħu fl-aħħar 10 xhur għax ziam tilef anke l-ispeech tiegħu – jienanwiegħdu li se nżommu f’qalbi – se jkun l-anġlu tiegħu – se nibqa nħobbu – kważi kważi bis-saħħa tiegħu ġejt iktar ma nibżax mill-mewt għax naf li meta ġejja s-siegħa tiegħi se jkun hemm anġlu sabiħ jistennini.”

Ziam ingħata l-aħħar tislima mdawwar minn mijiet ta’ bżieżaq lewn ikħal u abjad – kuluri assoċjati mal-Belt Bormliża u l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċiżżjoni li tant kienet għall-qalbu.

Dan filwaqt li ttajjar ħamiem abjad – simbolu ta’ paċi u safa – li fakkar fit-tbissima ħelwa li kellu Ziam u li kienet tagħti sens ta’ tama u paċi lil dawk li kienu qed iżommulu jdejh fi żminijiet diffiċli u li se jibqà mfakkar għaliha.

Hija stqarret li minkejja li lilha l-ħajja ma tantx tbissmitilha, il-mewt ta’ Ziam kienet diffiċli ħafna. Dan għaliex Antonella, li hija ħabiba tal-qalb tal-familja, kienet qed iżomm id iċ-ċkejken fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu flimkien ma’ ommu.

Antonella qalet li t-tmiem tal-vjaġġ ta’ Ziam f’din id-dinja, bidlilha s-sinifikat tal-mewt.

Ziam ingħata l-aħħar tislima mdawwar minn mijiet ta’ bżieżaq lewn ikħal u abjad – kuluri assoċjati mal-Belt Bormliża u l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċiżżjoni li tant kienet għall-qalbu.

Dan filwaqt li ttajjar ħamiem abjad – simbolu ta’ paċi u safa – li fakkar fit-tbissima ħelwa li kellu Ziam u li kienet tagħti sens ta’ tama u paċi lil dawk li kienu qed iżommulu jdejh fi żminijiet diffiċli u li se jibqà mfakkar għaliha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend