Jikkundanna kull xorta ta' vjolenza | One News

Notifiki

Jikkundanna kull xorta ta’ vjolenza

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kkundanna kull xorta ta’ vjolenza domestika u sosnta li din m’għandha tkun aċċettabbli fl-ebda ċirkostanza. Huwa wera d-dispjaċir tiegħu li kummenti li seta’ għadda setgħu nftehmu b’mod li setgħu jiġġustfikaw dan l-aġir.

Il-Ministru Farrugia qal dan b’reazzjoni għal kummenti li għadda dwar il-każ tal-Assistenti Kummissarju tal-Pulizija Mario Tonna li rriżenja mill-kariga tiegħu wara li allegatament ħebb għall-martu.

Fi stqarrija, il-Ministeru fakkar li kien il-Ministru Farrugia li fil-leġiżlatura li għaddiet ressaq fil-Parlament ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza domestika waqt li wessa s-servizzi kemm għall-vittmi kif ukoll għall-aggressuri.

Il-Ministeru fakkar ukoll li fl-aħħar xhur issaħħaħ is-settur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija kontra l-vjolenza domestika.

Il-Ministru temm jgħid li dan kollu jxejjen it-tiġbid u t-tidwir tal-Partit Nazzjonalista li b’xi mod il-Ministru Farrugia jiġġustifika l-vjolenza domestika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend