Jiftaħ uffiċjalment is-Suq tal-Belt wara investiment ta' €14-il miljun | One News

Notifiki

Jiftaħ uffiċjalment is-Suq tal-Belt wara investiment ta’ €14-il miljun

B’investiment ta’ 14-il miljun ewro, infetaħ uffiċċjalment is-Suq tal-Belt. Dan sar bhala parti mir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta u ċ-ċelebrazzjoni għas-sena Ewropea tal-Kultura li għadha kif bdiet l-elfejn u tmintax. Huwa għalhekk li biex dan il-post baqa’ wieħed ikoniku l-ħsieb tal-grupp Arkadia kien li kemm jista’ jkun kollox jibqa’ oriġinali b’restawr puntwali u ta’ min japprezza fuq dak li ħallew l-Ingliżi fosthom ta’ metall fondut, arkati tal-ġebel u ċisterni tal-ilma.

Bi still monokromatiku, jiġbed l-għajn il-kulur kannella tat-twieqi tal-injam. Żgur mhux forsi jispikkaw ukoll il-bankarelli tradizzjonali li minnhom dawk kollha li jidħlu f’dan is-suq se jkunu qed jixtru prodotti friski bħal laħmijiet, ġobnijiet, prieżet, frott, ħxejjex u ħwawar fost oħrajn.
Izda wara xirja, tkun pjaċevoli li tista’ tpoġġi fuq mejda tieħu xarba friska u dduq xi ħaġa tajba mit-tnax il-kċina miftuħa f’ terran arjuż. Kċejjen li ġejjin minn bosta pajjiżi b’ ikel bħal għaġin u l-pizza Taljana, l-paiella Spanjola , il-kebab Tork u fuq kollox ikel tradizzjonali Malti wkoll.


Fih ser ikunu qed jittellgħu wkoll attivitajiet kulturali biex tkompli titqanqal l-kultura Maltija u s-suq joffri wkoll sens ta’ spettaklu. Dan kollu u aktar jagħmel is-suq Malti post ieħor fil-Belt Valletta ta’ ħarġa li minkejja li jfakkar bosta nies fi tfulithom, qiegħed jibni legat ġdid ta’ Belt li kulma jmur dejjem qed tiġġeded u tissebbaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend