It-28 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards | One News

Notifiki

It-28 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards

L-IĠM iniedi t-28 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards. Apparti mill-ġurnalisti nfushom, anki l-Edituri u l-Kapijiet tal-Kamra tal-Aħbarijiet jistgħu jagħżlu u jissottomettu xogħol ta’ ġurnalisti li jidhrilhom li hu ta’ livell għoli għal dawn l-Awards. Is-sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll minn organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet jew għaqdiet.
Minflok 18- il kategorija, din is-sena l-istitut tal-ġurnalisti Maltin ser ikompli jsaħħaħ u jibni fuq ix-xogħol tiegħu u bl-għajnuna ta’ numru t’entitajiet, ser jintroduċu 3 kategoriji ġodda. Kull ġurnalist huwa mħeġġeġ li jieħu sehem. Sottomissjonijiet għal dawn l-awards ser jagħlqu nhar is-Sibt 3 ta’ Frar u applikazzjonijiet u regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit uffiċjali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Dawn l-awards ser jirrikonoxxu l-firxa wiesgħa ta’ xogħol li jagħmlu dawn l-individwi sabiex ikun possibbli li l-poplu jibqa’ infurmat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend