Imut Isqof Malti | One News

Notifiki

Imut Isqof Malti

L-Isqof Mons. Adeodat Micallef, patri Tereżjan li kien Vigarju Apostoliku ta’ Kuwait għal 23 sena ħalla din id-dinja fl-eta’ ta’ 89 sena.

Twieled B’kara u ta’ dsatax il-sena,  fl-1947, ingħaqad mal-Patrijiet Tereżjani. Fil-5 ta’ Novembru 1981, il-Papa Gwanni Pawlu II ħatru bħala t-tielet Vigarju Apostoliku ta’ Kuwait. L-Isqof Micallef baqa’ ġewwa Kuwait anke meta fl-1990 Iraq invada dan il-pajjiż. Meta intemm il-kunflitt, kemm it-truppi Amerikani u kif ukoll l-ufficjali Kuwajtani faħħruh għal dan l-att kuragguż tiegħu.

Bħala Isqof, għaraf jorganizza l-Knisja hemmhekk u ħabrek ħafna għat tiġdid u organizzazjoni anke tas-sistema skolastika tal-Knisja.  Huwa irtira minn Kuwait fl-14 ta’ Lulju 2005 u ġie joqgħod Malta.

Kien magħruf għas-sempliċita’ tiegħu, dejjem lest li jgħin anke fl-aktar ħidma umli tal-kunvent. Il-motto tiegħu kien Magnus Deus Noster, Kbir hu Alla tagħna. Il-funeral se jsir nhar is-Sibt li ġej, 5 ta’ Jannar fil-Konkatridal ta’ San Ġwann, il-Belt.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend