Difiża f’pajjiżna msemmija għar-Reġina Victoria – One News

Notifiki

Difiża f’pajjiżna msemmija għar-Reġina Victoria

Propju dan ix-xahar se jibdew jiġu rrestawrati l-famużi Victoria Lines. Imma x’kienu eżatt dawn il-linji difensivi? Il-Victoria Lines huma linja difensiva mibnija mill-Ingliżi fid-19-il seklu. Dawn il-linji jaqsmu lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. Fatt magħruf hu li anke l-Kavallieri ta’ San Ġwann, qabel l-Ingliżi stess, kienu ħasbu kif jistgħu jiffortifikaw il-Great Fault naturali li nsibu taqsam lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. Infatti, insibu trunċieri mħaffra mill-Kavallieri f’postijiet strateġiċi bħal f’Ta Falka u San Pawl tat-Tarġa.

L-iskop prinċipali kien id-difiża tal-Portijiet ta’ pajjiżna. Fil-Portijiet (il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett) kien hemm it-tarzna, l-imħażen għall-ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni Maltija ukoll kienet miġbura madwar il-Portijiet għaliex hemm kien hemm il-ħobża ta’ kuljum. Il-Portijiet ta’ Malta kienu wżati kontinwament min-Navy Ingliża, tant importanti għall-kontroll u l-amministrazzjoni ta’ l-Imperu Ingliż.

 

Dan il-proġett ipprovda xogħol lil ħafna ħaddiema Maltin. Minħabba li r-Reġina Victoria kienet qed tiċċelebra l-Ġublew mill-inkurunazzjoni tagħha fl-1892, il-linji difensiva kollha ingħataw isimha biex jitfakkar dan il-mument.

Minħabba l-progress taż-żmien, allura invenzjonijiet ġodda, il-Victoria Lines ġew bla użu f ‘inqas minn 20 sena. Manuvri fl-1900 urew li l-Victoria Lines ma kinux f’pożizzjoni li jilqgħu attakk minn qawwa barranija jekk din tinżel f’xi waħda mill-bajjiet tat-Tramuntana ta’ Malta. Izjed minn hekk, ġie vvintat l-ajruplan allura kien inutli li jkollok ħajt difensiv meta mill-ajru tista’ tiġi attakkat ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend