Aktar riħ għal din il-ġimgħa | One News

Notifiki

Aktar riħ għal din il-ġimgħa

Din il-ġimgħa hu mistenni li jkompli jippersisti r-riħ b’temperaturi li jilħqu anke 19C aktar tard din il-ġimgħa. Hekk kif massa ta’ arja kiesħa li affetwatna fil-ġranet li għaddew issa se tkun qed titkisser minn temperaturi li resqu mill-Punent tal-Mediterran lejn il-gżejjer Maltin.

Irrapporta dan is-sit tat-temp FirstMalta fejn skont ir-rapport jidher li r-riħ mistenni jkun bejn Forza 5 sa Forza 7.

L-Erbgħa, 3 ta’ Jannar, mistenni jkun ftit imsaħħab bl-ogħla temperatura tilħaq is-16C u l-inqas il-14C. Ir-riħ mistenni jippersisti mill-Majjistral Forza 5 -6

Il-Ħamis, 4 ta’ Jannar, ftit imsaħħab, l-ogħla 17C, l-inqas 14C, riħ Punent Majjistru Forza 6 – 7

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Jannar, Xemxi, l-ogħla 17C, l-inqas 13C, Riħ Punent Majjistru Forza 4 – 5

Filwaqt li l-weekend mistenni li s-Sibt, 6 ta’ Jannar, ikun Xemxi, bl-ogħla temperatura tilħaq it-18C, l-inqas l-14C riħ minn-Nofsinhar Forza 4

Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar, Ftit imsaħħab, l-ogħla 18C, l-inqas 14C riħ minn Nofsinhar ix-Xlokk b’Forza 5 għal 6

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend