5 xhur ħabs għal furnar li pprova jdaħħal id-droga fil-ħabs – One News

Notifiki

5 xhur ħabs għal furnar li pprova jdaħħal id-droga fil-ħabs

Furnar ingħata sentenza ta’ ħames xhur ħabs u multa ta’ €700, wara li daħħal xi drogi fil-ħabs għaliex ibnu li huwa dipendenti mid-droga kien qiegħed jikkontempla suwiċidju. Il-każ imur lura għal seba’ snin ilu, meta fil-Faċilita’ Korretiva’ ta’ Kordin, raġel ta’ 58 sena mill-Belt Valletta kien f’pussess ta’ pakkett bi droga kokaina, fejn kien ser iżżur lil ibnu li kien qiegħed jissokkta sentenza ta’ ħabs.
Id-difiza qallet li l-akkużat qatt ma kellu f’moħħu li jdaħħal id-droga fil-ħabs, imma kien qiegħed jagħmel dan l-attentat għal ibnu għaliex kien qallu li se jagħmel suwiċidju. It-tifel li kien xhud qal li għamel pressjoni fuq missieru li mhux dipendenti fuq id-droga, kif ukoll li pprova jtemm ħajtu b’idejh u kien anke rikoverat f’Monte Carmeli. Iżda l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qalet li ma kinitx konvinta li l-missier ma riedx idaħħal id-droga hekk kif ta l-pakkett f’nofs it-tfittxija. Il-qorti qalet li r-raġel missu qal lill-awtoritajiet tal-ħabs dwar dan, biex ikollu għajnejn tajba fuqu.

 

 

 

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend